Is-Segretarju tal-Kunsill tal-Mosta
investigat dwar allegat kaz ta’ frodi
Lm78,000 âMOHBIJIENâ
Madwar Lm65,000 fi flus kontanti u cekkijiet â li suppost gew iddepozitati l-bank bejn Jannar u Lulju taâ din is-sena â instabu fâkaxxa fl-ufficcju tas-Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsill Lokali tal-Mosta. Minbarra hekk huwa allegat li madwar Lm13,000 huma neqsin minn ghadd taâ envelopes. Il-kaxxa nstabet taht l-iskrivanija tas-Segretarju wara tfittxija li saret hekk kif sar maghruf li l-ahhar depozitu li sar fil-kont bankarju tal-Kunsill kien fâJannar li ghadda.
Il-kaz hareg fil-berah nhar il-Gimgha li ghadda, minkejja li l-orizzont kien jaf bil-kaz dak in-nhar stess u peress li l-istharrig tal-Pulizija kien ghadu fil-bidu, irrispettajna t-talba tas-Sindku Dr Paul Chetcuti Caruana u ma zvelajna xejn. Fil-fatt meta dan il-gurnal talab kumment tas-Sindku dan qalilna li minhabba l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ma kienx opportun li jghaddi xi kummenti lill-midja, izda qalilna li âs-Segretarju fâKunsill ghandu poteri ezekuttivi u ghalhekk ma nistax nghid izjed ghalissa.â
Kien l-istess Sindku tal-Mosta li nduna li l-ahhar depozitu
li sar fil-kont tal-Kunsill kien sitt xhur ilu. Minn dak iz-zmien âl hawn, ma sar ebda depozitu taâ flus jew jekk sar kien ftit li xejn.
Ghaldaqstant hu talab lis-Segretarju biex jispjega. Fil-kaxxa li nstabet taht l-iskrivanija kien hemm madwar Lm25,000 fi flus kontanti u ftit aktar minn Lm40,000 fâcekkijiet. Qed ikun allegat ukoll li diversi envelopes, li fihom suppost kien hemm flus kontanti jew cekkijiet akkumpanjati minn ircevuti, instabu vojta. Dawn jammontaw ghal madwar Lm13,000 ohra.
Minkejja li qabel l-Elezzjoni tal-Kunsill Lokali fâMarzu li ghadda kellu jsir awditjar tal-finanzi, sorsi li tkellmu maghna qalulna li dan baqaâ ma sarx mill-Kunsill, dak iz-zmien immexxi mill-eks-Sindku Nazzjonalista Joe Demartino. Qalulna wkoll li matul is-snin, Demartino wkoll kien gibed l-attenzjoni tas-Segretarju dwar in-nuqqas taâ depoziti fil-kont tal-Kunsill.
Minn stharrig li ghamel l-orizzont jirrizulta li l-problema ma bdietx minn Marzu li ghadda, meta l-Kunsill Lokali ghadda fâidejn maggoranza Laburista, izda ilha ghaddejja ghal xi zmien.
Is-sorsi li tkellmu maghna qalulna li Kunsilli ohrajn mhux l-ewwel darba li lmentaw maâ l-impjegati tal-Kunsill Lokali tal-Mosta, minhabba li baqghu qatt ma rcevew flus taâ multi li jkunu li nghataw fil-lokal taghhom u li thallsu fl-ufficcju tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Ghal dawn l-ahhar xhur l-impjegati fil-Kunsill tal-Mosta ma bdewx ihossuhom komdi bâdin is-sitwazzjoni tant li kienu nnotati jidhlu u johorgu mill-Kunsill flimkien âghax ma bdewx jafdawâ. Is-sorsi qalulna li s-Sindku Chetcuti Caruana fâdawn l-ahhar gimghat kien beda jinnota xi diskrepanzi u kien hu stess li nhar il-Gimgha talab biex tintervjeni l-Pulizija wara li nstabet il-kaxxa bil-flus.
Fâhin minnhom is-Segretarju anke kien mitlub jiftah is-âsafeâ tal-Kunsill, izda dan allega li c-cavetta kien izommha d-dar. Ghaldaqstant intalab imur ghaliha, izda allegatament ghal xi raguni baqghet ma nstabitx.
Dwar dan il-kaz, ghaddejja investigazzjoni intensiva mill-Pulizija taâ l-Iskwadra taâ Kontra l-Frodi, immexxija mill-Ispettur Ian J. Abdilla, fejn huwa mifhum li fl-ahhar sighat is-Segretarju gie interrogat fit-tul.
Bhala procedura, il-Pulizija ssigillat l-ufficcju tas-Segretarju bâkonsegwenza li x-xoghol tal-Kunsill issa se jispicca jaqaâ lura bâdetriment kemm ghall-istess Kunsill kif ukoll ghac-cittadini, kuntratturi u xoghol iehor. Il-Pulizija elevat il-kaxxa bl-âenvelopesâ kollha, fejn dawn ittiehdu fid-Depot halli fuqhom isiru analizi forensici intensivi, fosthom biex jittiehdu kampjuni tal-marki tas-swabaâ.
Dwar dan il-kaz is-Sindku tal-Mosta nhar il-Gimgha stess sejjah laqgha urgenti tal-Kunsill fejn il-Kunsillieri kollha gew informati bis-sitwazzjoni.
âHi hasra li Kunsill kbir bhal dak tal-Mosta, jispicca fâdin is-sitwazzjoni, izda z-zejt beda tielaâ fil-wicc u ma tkunx sorpriza jekk ikomplu johorgu aktar affarijiet li sehhew fl-imghoddi u thallew mohbijin,â temmew jghidulna l-istess sorsi.
Matul il-gurnata tat-Tnejn komplejna ninvestigaw u sibna li l-Mosta qamet ixxukjata bâdin l-ahbar. Izda hemm diversi mistoqsijiet li jridu jigu mwiegbin.
Fost id-domandi hemm: Is-Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsill Lokali tal-Mosta ghazel it-triq taâ l-irgulija u tefaâ r-rizenja minn jheddu? Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali talbu jirriizenja jew issospendih sakemm jitlestew il-proceduri kollha legali? Il-Pulizija se tressaq lil dan is-Segretarju quddiem il-Qorti?
Meta staqsejna lill-Pulizija dwar dan qalulna li sâissa ghadhom ghaddejjin l-investigazzjonijiet. Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalulna li s-Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsill Lokali tal-Mosta ghamel hin twil id-Depot tal-Pulizija jghin lill-investigaturi dwar dan il-kaz.
Dwar ic-cavetta tas-safe, l-istess sorsi qalu li din baqghet ma nstabitx minkejja li s-segretarju kien qal li kien izommha d-dar. Jidher li l-Pulizija qabdu lil xi hadd fil-professjoni biex jiftah is-safe tal-Kunsill.
Sadanittant minkejja li ghaddew aktar minn 24 siegha mindu harget din l-ahbar, hadd ma hareg xi tip taâ stqarrija. Fost dawk li baqghu siekta hemm l-Assocjazzjoni tas-Segretarji Ezekuttivi tal-Kunsilli Lokali.
