Â
![]()
Xahar ilu kont bdejn stharrig dwar kemm il-Pulizija huma sodisfatti bis-sitwazzjoni prezenti tal-korp tal-Pulizija. Dwar dan l-istharrig sahansitra kienet harget ordni mill-Amminstrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija biex hadd ma jiehu sehem fih. Litteralment censura u trazzin ta’ l-opinjoni hielsa f’pajjiz li suppost huwa demokratiku.
Ir-reazzjoni kienet hafna akbar milli jien stennejt. Kienu diga’ n-numru kbir ta’ Pulizija f’kull rank li baghtu l-opnijoni taghhom u komplew zdiedu wara li nhareg il-messagg bl-ordni biex hadd ma jiehu sehem. Anzi b’sodisfazzjon nghid li maghhom zdiedu l-opinjonijiet ta’ hafna mill-qraba u dawk vicin il-Pulizija.
Minhabba l-biza’ li qieghdin jahdmu fih il-Pulizija, fejn m’ghandhomx id-dritt jesprimu l-opinjoni personali taghhom, il-maggoranza tar-risposti waslul bl-email, sms, telefonati, ittri u b’mod personali. Ninsab cert li se jkun hemm min mhux se jemmen imma mir-risposti kollha li wasluli, kien hemm wahda biss li filwaqt li xorta tinsab mhux sodisfatta, temmen li sar xi titjib.
Din ta’ hawn taht hija l-unika risposta li hija xi ftit pozittiva:
“HI JOHN, Flopinjoni tieghi l-Korp miexi mhux hazin. JIEN ilhi ghal dawn l-ahhar 25 sena fil-Korp u bhala apparat tjieb fejn jidhlu uniformijiet u vetturi. Izda jien nara li rekluti li dehlin mhux l-iskola kollox. Kien zball li t-tul m’ghadux jezisti ghax kif jghidu l-ghajn l-ewwel ma tiekol. Bhala Kummissarju jien narah tajjeb ghal dawk li jridu jahdmu pero’ hadd mhu perfett. Hemm hafna x’nistghu nirrangaw biex nimxu ‘l quddiem. Rigward il-puch clock mhux se li tad-Depot u tal-Garage CID jippancjaw u l-ohrajn le. Ahna Korp wiehed qieghdin u meta tigii xi haga gdid ghandha tigi ghal kulhadd u jekk ma hemmx ma tigig ghal hadd. Grazzi hafna John talli tkun puntata ghalina.”
Il-bqija tal-kummenti u risposti sfortunatament huma kollha fin-negattiv li juri kemm il-Pulizija huma demoralizzati u mdejqin. Dawn huma ftit mir-risposti kif waslu ezatt ghandi
- Grazzi ta dan ic-cans bix nesprimu l-posizzjoni tal-pulizija kif inhi fir-realta.
Huwa tajjeb li wiehed jinnota li l-pulizija qed jigu demoralizzati ghal hafna
ragunijiet:
1. l-ufficjali joqoghdu ghassa tal pulizija bix jaraw kif se jwahhlulhom xi crime,
flok ghassa tal kriminal
2. it-tibdil fis-shift wassal biex il-pulizija litteralment jghix ghal xoghlu.
Il-pulizija jixtieq iqatta hin ta mistrieh mal-familja, izda minhabba is-sighat twal
tas-shift saret aktar difficli
3. Barra minn hekk, issa zdied it-’training’. Pulizija huwa mistenni jqum kmieni
filodu biex imur ghal ‘lectures’, imbaghad filaxija jerga jidhol xol ta bil-lejl.
4. U ghala ghat-training qed ikunu ordnati jgorru maghhom l-uniformi? mela qeghdin
reinforce?
——–
 - Veru mod modern ta kif tghamel sarima ma halq il membri tal korp. Il vera mod ta kif
tmexxi b’mod demokratiku fis sena 2004. Ma nistghax nifhem kif is surmastrijiet tad
demokrazija ma jitkellmux. Gahndhom ragun xi uhud jghidu li kollox miexi fuq ir
rubini inkella kif ser jikwalifikaw ghal performance bonous. Imma ghal dawn it talin
kollox sew. Meta ser ikollu id dicenza il korp u jippublika is sondagg li sar madwar
sentejn ilu dwar il korp tal pulizzija jew qedsin jipruvav inessu lil membri tal
korp dwar dan is sondagg. Jistgha il ministru responsabli u tarka tad drittijiet tal
bniedem u tal liberta ta l-espressjoni jghamel sondagg hu flimkien ma xi hadd ta
fiducja u jara kif inhi is sitwazzjoni fil korp. Jiena ma hinix membru tal Pulizija
izda huti huma u jekk ma jistghux jitkellmu huma ahna nistghu nitkellmu kemm
b’halqna kif ukoll bil voti tghana. Ma nistghax nifhem kif il Kappillan tal korp li
jara dawn il membri kuljum ma jitkellimx dwar is sofferenzi li qedin jghadu minnhom il
membri tal Pulizija. Ma nafx xintqal meta mar izur ilk Depot l-Arcisqof imma ma
nahsibx li dan gie informat bl abbuzi li jsiru ta kuljum fil konfront ta puluzija
nahseb li kien jaf x’jigri u x’ arroganza u prepotenza tintuza mal membri tal korp
nahseb li kien jghid xi haga. Il korp ghandu bzonn jitghalem jirrespetta id dinjita
tal membri tieghu.
———–
 - Zgur li le… mhux qed tara.. anke jippruvaw jiccensuraw din is-survey. nisthajjel
qieghed nghix fi zmien Stalin u mhux fis-sena 2007. Iva hemm problemi kbar fil-korp
u m’ghandniex ghalfejn niddejqu milli nippruvaw naraw x’hemm hazin. kulhadd jista
jghin mill kbir saz zghir…imma l-verita hija ll l-korp huwa demoralizzat.
———–
JIENA MINIEX PULUZIJA IMMA NAHDEM DIRETTAMENT MAGHHOM U NISTA` NGHIDLEK LI MHUX VERU LI S-SITWAZZJONI QIEGHDA KIF QED JIPPROVAW IPENGUHA XI RJUS GHOLJA. FTIT ILU L-PULUZIJA BIDLULHOM IX-XIFT SIPPOST GHALL-AHJAR. IMMA SPICCAW LITTERALMENT IMFARRKIN BIS-SIGHAT F`XULXIN LI QEGHDIN JAHDMU. TITKELLEM MAGHHOM JGHIDULEK LI FIL-GRANET LI JKUNU XOGHOL LANQAS BISS JAFU LI QEGHDDIN JGHIXU GHAX LITTERALMENT KEMM IMORRU D-DAR JINHASLU, JIEKLU U JORQDU MILL-EWWEL BIEX L-GHADA JERGHU JQUMU GHAX-XOGHOL KMIENI. IL-HINIJIET FL-OPINJONI TIEGHI IMORRU KONTRA D-DINJITA` TAL-BNIEDEM GHALIEX LANQAS BISS ITUK CANS TISTRIEH SEWWA.
———
Halli nghidu hekk:
Meta tasal fi stat li thedded lill-Pulizija b’azzjoni dixxiplinarja jekk tikkummenta
f’dan is-sit nahseb tkun missejt il-qiegh! Â
——————–
Jiena nghid li ma minix kuntent kif qieghed jitmexxa il korp. Decizjoniet li qedin
jittiehdu ma huma jservu ghalxejn hlief biex jkomplu joholqu ingizizjoni fil korp.
Dhalna fl EU u xorta bqajna fejn konna imhalsin bir racanc jiena bil familja kemm
kemm nghadi jekk tigrili hsara fil karozza tieghi ma ghandix biex insewwija niehu id
dar madwar 400 ghal 4 gimghat Ghandi house loan ta 100 fix xhar u zewg it tfal Marti
ma tahdimx ghaliex trid trabbi lil uliedna. Jiena nahdem gewwa ufficju u ghalhekk ma
ghandix hdud doppji u lanqas allowance. Ma nghirx ghal minn ghandu izda ma nistghax
nifhem kif il korp tal Pulizija li qieghed hemm biex jiprotegi lis socjeta mil-kriminaltita jistgha jibqa jigi ittratt b’ dan il mod. Ma nistghax nifhem ghal liema raguni is segretarju ta MPA kellu jirrezenja min din il kariga {Nahseb li wiehed ma jistghax jahdem ma certu nies li trid tarhom kull filghodu u jharsulek bl ikrah ghaliex qiehed tiggieled ghad dritt tieghek u ta shabek} Dan zgur ma hux sewwa. Il-korp illum qieghed miexi b’ mod dittorjali jew tghamel li nghid jiena jew inti kontra tieghi. Anke meta jsiru laqghat u tikkritika xi haga malajr tigi mwiegeb fuq livell personali. Kull ma naraw fil korp illum huwa investiment fil face lifting dan hu tajjeb imma hemm hafna aktar prijoritajiet li ghandhom jitrangaw halli jitellgha il moral. Ezempju il pagi, il hinijiet tax xghol, tibdil halli l MPA ikollha is
snien u mhux qedha hemm ghaliex hekk trid il ligi u kull meta jiltaqghu dwar xi haga
din iddum tkarkar zmien. Nahseb li wasal zmien li jsir xi haga.
 ————
 John,
 Fil-prezent is-sitwazzjoni fil-korp tal-pulizija hi mhawwda hafna.Nassigurak li qatt daqs illum ma konna f’sitwazzjoni kerha u vendikattiva min naha tal-amministrazzjoni tal-korp maghna s-surgenti u l-kuntistablijiet.(ir-ranks t’isfel)
—————–
Le jien mhux kuntent. Nemmen li ahna naghmlu xol iebes hafna izda bhala paga vera
baxxa. M’ghandi xejn kontra xolijiet ohra,imma nemmen li ahna kuljum nissugraw
hajjitna u mhux sew li nithalssu bhal Deliverymen jew Skrivana. Anke l ghazla tal pulizija meta isiru ir reklutaggi nemmen li mhux qed issir sew. F’dan il-pajjiz nemmen li mhux kemm tkun kapaci int imma kemm kapaci tkellem nies biex issir membru fil-korp.U dan jirrefletti hafna wara, ax issib ruhek tahdem ma’nies li anqas jafu li ghandhom uniformi fuqhom u jitfaw dell ikrah fuq il-korp kollu.
————
Le ma hiniex kuntent. Hemm wisq inefficjenza, nuqqas ta’ serjeta u responsabbilita.
Wisq presure biex johrog xi ftit rizultat posittiv.Le ma hiniex kuntent. Hemm wisq inefficjenza, nuqqas ta’ serjeta u responsabbilita.
——————–
U zgur li miniex kuntent. Qieghdin nahdmu f’korp dittatorjat. Jekk titkellem, ikissruk mentalment.L-IMPORTANTI LI S-SUPERJURI MA JIGUX KRITIKATI FUQ IL-MEDIA (Addio l-kollegi, jekk tista issejhilna hekk) Wasal zmien il-bidla.
————–
John, kullhadd jibza juri l-fehma hawn tieghu ghax nigu kkastigati bil-kbir.
————-
Hemm xi affarijiet li iridu jitrangaw fostom l-iktar importanti is shift li jkissrek u ma jhallix bizzejjed hin biex tgawdi il familja . iktar u iktar bdaw il courses li trid tmur 2 fix xahar qabel night watch . fejnu il hin tal mistrieh u mal familja?
—————
Ma tafx li m’ahniex kuntenti John. c u siehbi
—————————-
Mela dawn kienu ftit hafna mill-kummenti. Ma nistax inpoggihom kollha hawn minhabba l-ispazju. Ghal darb’ ohra grazzi lil dawk kollha li hadu sehem f’dan l-istharrig u anke lil dawk li xtaqu izda baqghu lura.
JOHN PISANI
