Minn John Pisani | April 29, 2007 - 7:47 pm - Fil-Kategoriji Abbuz sesswali, Pedofelija

Missier investigat dwar allegat abbuz ta’ minorenni 

Missier ta’ madwar 50 sena minn San Gwann qieghed jghin lill-Pulizija dwar allegat abbuz sesswali ta’ tliet minorenni fosthom in-neputija tieghu liema abbuz x’aktarx li ilu ghaddej ghal dawn l-ahhar ghaxar snin.

Kien nhar is-Sibt li l-Pulizija gabru lir-ragel wara li allegatament in-neputija tieghu matul il-gimgha li ghaddiet fethet qalbha ma’ xi hbieb taghha u dawn gibdu l-attenzjoni tal-genituri taghhom. Huwa mifhum li l-informazzjoni waslet ghand il-genituri tat-tifla li ghamlu rapport fl-Ghassa tal-Pulizija tad-Distrett.

Il-Pulizija, immexxija mis-Supretendent Sharon Tanti u l-Ispettur Martin Sammut, bdew jisthargu l-kaz. Jidher li t-tfajla, li llum ghandha madwar 15-il sena, qieghda tallega li zijuha beda jabbuza minnha meta kellha madwar hames snin. Qieghed jinghad ukoll li dan l-abbuz baqa’ ghaddej tant li sa s-sajf li ghadda r-ragel allegatament abbuza min-neputija tieghu meta dawn kienu camping.

Barra min-neputija tieghu, qieghed ikun allegat li r-ragel abbuza wkoll mill-kugina tat-tifla kif ukoll minn tifel li kollha huma minorenni. 

Minn John Pisani | - 7:40 pm - Fil-Kategoriji Hmieg

mizbla-xatt-29-04-07.jpg 

Mizbla fix-Xatt tal-Belt 

MIZBLA, hmieg, imbarazz, nemus u ntejjen!! Mhux il-Maghtab izda x-Xatt tal-Belt Kapitali ta’ Malta. Il-Belt li hija Wirt Storiku maghrufa mill-UNESCO.

Kull min il-bierah ghadda mix-Xatt tal-Belt fejn il-lejl ta’ qabel kien hemm spettaklu tal-loghob tan-nar, baqa’ mistghageb u litteralment staha jghid lu huwa cittadin Malti. It-triq u l-bankini kienu mimlijin karti, kontenituri tal-kartun, fliexken u kull tip ta’ hmieg iehor li thalla mill-mijiet li attendew biex jaraw in-nar. IL-Hadd filghodu morna fuq il-post wara li fi ftit hin dahlu ruxmata telefonati minn persuni jilmentaw.

Wasalna x-Xatt ghal habta tad-9.30 a.m. u sibna litteralment mizbla f’post fejn nilqghu lit-turisti.
Meta konna hemm innutajna li ma kienx hemm laned taz-zibel fejn dawk li marru biex jaraw in-nar setghu jarmu l-iskart. Ghal habta tas-1.30 p.m. deher trakk ipoggi diversi kontenituri tul it-triq u nofs siegha wara ntbghatu xi haddiema jnaddfu.

Persuni li tkellmu maghna qalulna li “l-Bambin ried li ma dahalx vapur bit-turisti ghax kieku konna nispiccaw ridkolati mad-dinja kollha aktar milli digà qieghdin”.  Jidher li l-organizzaturi, li huma l-kumpanija Where’s Everybody?, qabdet kuntrattur biex inaddaf izda minflok ma tqabbad inaddaf tul ix-Xatt, dan naddaf biss il-parti fejn kienu armati ta’ Where’s Everybody?

Minn John Pisani | - 7:31 pm - Fil-Kategoriji Accident, Fatalita'

Tmut il-mara Germaniza li habtet rasha

Manwela Luise Korman ta’ 38 sena ta’ nazzjonalità Germaniza u residenti San Pawl il-Bahar, il-Hadd filghodu tilfet il-battalja kontra l-mewt fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ta’ l-Isptar San Luqa.

Korman sofriet griehi gravi f’rasha meta nhar is-Sibt, 21 ta’ April ghal habta tal-5.00 p.m. hekk kif nizlet mill-karozza tal-linja fi Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta, tilfet il-bilanc b’konsegwenza li waqghet u habtet rasha mal-bankina.Il-:ermaniza kienet tahdem bhala Assistenta Manigerjali ma’ kumpanija privata hawn
Malta. Huwa mifhum li kif il-genituri taghha saru jafu li binthom kienet f’qaghda kritika gew Malta biex ikunu qrib il-mahbuba taghhom. Manwela Luise mietet il-bierah ghal habta tad-9.00 a.m.
Bil-mewt tal-mara gie informat l-Ispettur Anzjan Paul Bond mill-Ghassa tal-Mosta li minn naha tieghu informa lill-Magistrat Dr Jacquiline Padovani li ordnat biex illum fil-11.00 a.m. ssir awtopsja fuq il-kadavru tal-:ermaniza. Ghaldaqstant gew mahturin il-Patologisti Marie Therese Camilleri u Safraz Ali.

Mawela Luise Korman hija s-seba’ persuna li din is-sena tilfet hajjitha b’konnessjoni ma’ accidenti tat-traffiku. Bhala statistika, Korman hija l-ewwel mara bhala vittma ta’ accident tat-traffiku f’dawn l-ahhar sena u tmin xhur. L-ahhar vittmi femminili kienu z-zewg tfajliet minn Hal Qormi, Emma Marie Housley ta’ 17-il sena u Graziella Fenech ta’ 13-il sena li mietu wara li ntlaqtu minn karozza fil-Bypass ta’ l-Imriehel fil-21 ta’ Awissu 2005. Fl-istess sena, fis-6 ta’ April kienet ukoll intlaqtet b’karozza Roza Cassar ta’ 77 sena mill-Gzira. L-anzjana mietet l-ghada wkoll fl-Isptar San Luqa.

Minn John Pisani | April 28, 2007 - 1:18 pm - Fil-Kategoriji Korp tal-Pulizija

Sinjuri ippermettuli nirringrazzja lil dawk kollha li diga’ rrispondew ghall-istharrig li qieghed naghmel. Ir-rispons jidher li huwa tajjeb hafna izda nemmen li ghad hemm min ghad irid jirrispondi. Mhux qieghed nitlob ebda sigriet professjonali izda sempliciment opinjoni personali li f’pajjiz demokratiku nemmen li bi dritt ghandkhom tesprimu ruhkhom. Qieghed nghid hekk ghax wiehed mill-kummenti kien dan -

“John, kullhadd jibza’ juri l-fehma tieghu hawn ghax nigu kkastigati bil-kbir”

Jekk wasalna fl-istat li ghax tesrpimi opinjoni tieghek personali, li fuq kollox hija dwar hajtek u l-hajja tal-familja tieghek, tigi kkastigat allura mhux biss m’ahniex denji li nkunu pajjiz membri fl-Unjoni Ewropea, izda lanqas f’wicc id-Dinja.

Nirrepeti kull ma rrid inkun naf huwa dan :

INT, BHALA MEMBRU FI HDAN IL-KORP TAL-PULIZIJA - TINSAB KUNTENT BIS-SITWAZZJONI PREZENTI FIL-KORP?

1. IVA 

2. LE

Minn John Pisani | - 12:59 pm - Fil-Kategoriji Hold-up

pulizija-tape-on-black-with-police.jpg 

Misruqin Lm6,000 minghand skrivan 

Zewg hallelin armati serqu madwar Lm6,000 li kienu l-pagi tal-haddiema li qieghdin jahdmu fuq il-Pont Manwel Dimech f’San Giljan f’hold-up li sar fuq skrivan.

Dan il-hold-up sehh nhar il-Gimgha ghal habta ta’ l-10.20 a.m. meta zewg hallelin li kellhom wicchom mghotti b’crash helmets u libsin nuccali tax-xemx, dahlu fuq is-sit ta’ kostruzzjoni fejn qieghed isir ix-xoghol fuq il-pont. Huma marru hemm b’karozza x’aktarx Toyota fejn waqfu qabel il-grada li taghti ghal fejn qieghed isir ix-xoghol. Minn hemm huma baqghu sejrin f’kamra temporanja li qieghda tintuza bhala ufficcju fejn kien hemm Saviour Soler ta’ 53 sena minn Rahal Gdid li dak il-hin kien qieghed ihejji l-pagi tal-haddiema.

Iz-zewg hallelin ippuntaw arma tan-nar, x’aktarx pistoli, fid-direzzjoni ta’ l-iskrivan u ordnawlu jtihom il-flus kollha li kellu. B’kollox il-hallelin serqu Lm4,000 fi flus kontanti u Lm2,000 ohrajn f’cekkijiet. Qabel telqu minn fuq il-post wiehed mill-hallelin qaccat it-telefon biex l-allegat vittma ma jkunx jista’ jcempel ghall-ajjut. Kien iktar minn siegha wara li l-Pulizija fl-Ghassa ta’ San Giljan gew informati b’dak li kien gara. Meta l-Pulizija, immexxija mill-Ispettur Carmel Abdilla u s-Surgent Nicholas Sant, marru fuq il-post sabu lil Soler b’hass hazin fuqu tant li ssejhet ambulanza b’infermier li taw l-ghajnuna medika lir-ragel fuq il-post stess.

B’dan il-hold-up, is-17-il wiehed din is-sena, gie informat il-Magistrat Dr Lawrence Quintano li ordna inkjesta u hatar lil Dr Stefan Filletti u l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat bhala esperti tal-Qorti. 

Minn John Pisani | - 12:50 pm - Fil-Kategoriji Droga

Intercettati zewg kili u nofs droga 

Il-Pulizija u d-Dipartiment tad-Dwana regghu irreggistraw success fil-glieda taghhom kontra t-traffikar tad-droga f’zewg operazzjonijiet separati li fiha gew intercettati kilo droga kokaina u kilo u nofs droga eroina.

Wara diversi jiem ta’ stharrig u osservazzjoni ta’ persuni suspettati fit-traffikar tad-droga, nhar il-Hamis ghal habta tas-6.00 p.m. l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga mmexxija mill-Assistent Kummissarju Paul Debattista u l-Ispettur Dennis Theuma wettqu rejd f’Pembroke.F’konferenza ta’ l-ahbarijiet l-Assistent Kummissarju Debattista qal li din l-operazzjoni kienet ilha sejra ghal xi jiem fejn diversi taqsimiet tal-Pulizija, inkluz dawn tad-Distrett, taw sehemhom. Nhar il-Hamis twaqfet karozza fl-inhawi tal-Luxol Grounds f’Pembroke li fiha kien hemm ragel Malti ta’ 31 sena minn Marsaxlokk u Tunezin ta’ 28 sena residenti n-Naxxar. Irrizulta li dak il-hin iz-zewg suspettati kienu qieghdin jittraffikaw kilo droga kokaina li kienet maqsuma 96 kapsula.

Aktar tard, il-Hamis stess ghal habta tas-7.30 p.m., passiggier Libjan ta’ 23 sena li kien ghadu kif wasal Malta bl-ajru fuq titjira minn Tunez, twaqqaf mill-ufficjali tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li deher suspettuz. Irrizulta li bagalja li kien qieghed igorr il-Libjan kellha qiegh falz fejn kellu mohbija trab kannella.
Minn stharrig li sar irrizulta li dan it-trab kien droga eroina ta’ kwalità gholja u b’kollox kien qieghed igorr kilo u nofs. Stqarrija mahruga mid-Dipartiment tad-Dwana qalet li d-droga kienet imhalta bil-kafè biex ittellef lill-kelb tad-Dwana. L-Assistent Kummissarju Paul Debattista qal li dawn it-tliet persuni x’aktarx li jitressqu l-Qorti llum.

Il-konferenza ta’ l-ahbarijiet kienet indirzzata wkoll mill-Kummissarju tal-Pulizija, John Rizzo, li beda biex irringrazzja lill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga ghall-hidma intensiva li qieghdin jaghmlu. John Rizzo ta hajr ukoll lit-taqsimiet l-ohrajn tal-Pulizija kif ukoll id-Dipartiment tad-Dwana u dipartimenti ohrajn li flimkien qieghdin jiggieldu kontra t-traffikar tad-droga.Il-Kummissarju qal li l-pubbliku qieghed ukoll jghin fil-glieda kontra l-kriminalità u qal li huma hafna dawk li qieghdin juzaw in-numru 119 biex jirrapportaw xi reat. Sfortunatament, izda, mhux ir-rapporti kollha jkunu genwini. Huwa qal li kultant il-pubbliku jista’ jiehu l-impressjoni li l-Pulizija ma tiehux il-passi mill-ewwel meta fil-fatt jibdew jinvestigaw immedjatament izda hafna drabi dan isir minn distanza.

Minn John Pisani | April 26, 2007 - 7:00 pm - Fil-Kategoriji Korp tal-Pulizija, Stharrig

Sinjuri, dan mhux artiklu li ssoltu taraw fuq dan is-site. Izda se nipprova esperiment gdid.

Dan huwa stharrig l-aktar ghalikom il-membri fil-Korp tal-Pulizija f’kull grad jew ahjar, rank. Akta minn xahar ilu Dr Gavin Gulia sfida lill-Gvern biex jikkumissjona stharrig biex jara kemm huma, jekk huma, kuntenti l-Pulizija fi hdan il-Korp. S’issa ghadu ma sar xejn u l-probabbilita’ hija li mhu se jsir xejn.

Ghalhekk permezz ta’ dan is-site se npoggi mistoqsija semplici hafna u kull ma rrid huwa risposta minghand il-membri tal-Korp tal-Pulizija. Jien qieghed nibghat biss lil dawk li jien ghandhi fuq il-mail list tieghi, u zgur li m’ghandix tal-madwar 1,800 membru fil-Korp tal-Pulizija. Ghaldaqstant nitlob lil dawk li jafu lil xi Pulizija biex jghidulu b’din is-site biex b’hekk ikunu jistghu wkoll jiehdu sehem f’dan l-istharrig. 

Ir-risposti jistghu jinbghatu direttament fuq dan is-site u cioe’ billi tidhlu fil-parti fejn hemm comments u tirrispondi IVA jew LE u preferibilment ir-raguni wkoll.

Min irid jista’ jibghatli e-mail bir-risposta. Id-differenza hija li filwaqt li fuq dan is-site ir-risposti huma accessibli ghal kulhadd, l-e-mail se naraha jien biss. Infakkarkhom li fuq dan is-site tistghu tuzaw nome-de-plum minhabba l-kunfidenzjalita’ izda fuq l-e-mail jekk tridu m’ghandkomx ghalfejn ghax il-kunfidenzjalita’ hija garantita’.

Il-mistoqsija hija din

INT, BHALA MEMBRU FI HDAN IL-KORP TAL-PULIZIJA - TINSAB KUNTENT BIS-SITWAZZJONI PREZENTI FIL-KORP?

1. IVA 

2. LE

Semplici hafna. Nistenna minghandkhom.

Tisljiet

JOHN PISANI

Minn John Pisani | April 22, 2007 - 4:44 pm - Fil-Kategoriji Korp tal-Pulizija

Perikli, riferti u transfers

Illum se nigbed l-attenzjoni dwar it-transfers u dwar ilmenti qabel ma xi hadd ikorri u wara nsibu min jipprova jiggustifika l-izbalji billi jitfa’ l-htija fuq iz-zghir.

Il-Mobile Van f’San Giljan

Jista’ xi hadd ikollu l-gazz u jghid “LE, l-Mobile Van tal-Pulizija li hemm f’San Giljan mhux se jintuza”. U dan mhux b’kapricc imma ghax mhux tajjeb u ghandu hafna nuqqassijiet tant li kieku dan kien ta’ xi cittadin bhali jew bhalek jitwaqqaf mill-istess Pulizija jew Gwardjan u nehluha. Dawl quddiem u wara nieqes, wipers ma jahdmux, bieba tal-genb tinfetah minn barra biss, mirja mkisrin, twieqi ma jititlghux, fuq gewwa ma hemmx xejn ghax kollox imkisser u fuq kollox il-makna tahdem fuq tliet cilindri flok fuq erba’. Insomma x’VRT l-Angli!!???

 U dan wara li madwar sitt xhur waqt laqgha fid-Depot ingibdet l-attenzjoni u nghatat l-ordni biex jittiehed il-garaxx ghat-tiswija. X’gara???

Sparar u feriti

Bhal ma digĂ  kelli l-opportunitĂ  nikteb bhalissa l-Pulizija qieghdin jinghataw tahrig fl-Akkademja fosthom sparar. Izda jidher li mhumiex jittiehdu certi prekawzjonijiet fosthom partitions. Huwa mifhum li digĂ  kien hemm xi Pulizija li sofrew feriti minn hruq fil-wicc u fl-ghonq mill-iskratacc. U la qed insemmi l-Akkademja, hemm xi raguni ghala l-Pulizija bl-uniformi fl-Akkademja qieghdin dejjem jizdiedu qisu qieghed jithejja xi rinforz?

Ir-riferti u l-affidavit

 Jista’ xi hadd jara li meta l-Pulizija jkollhom jidhru l-Qorti, ir-riferti ghalihom ma jinghatawx gurnata biss qabel? U ghaliex il-Pulizija minkejja li jkunu ghamlu affidavit xorta hemm minnhom li qieghdin ikunu ordnati l-Qorti permezz ta’ riferta?

Ta’ l-ahhar – is-Surgenti Magguri ma jaghmlux affidavit? Hemm uhud ikunu kwazi kuljum il-Qorti.

Transfers f’Ghawdex 

F’daqqa wahda grupp ta’ Pulizija, il-maggoranza Ghawdxin, inghataw transfer kemm lejn Ghawdex kif ukoll f’Ghases different f’Ghawdex stess. Imma jidher li dawk li nghataw il-laqam “Ta’ Giovanna”, dawn qishom dawk il-Pulizija maghrufin bhala “The Untouchables”.

NOTA

Kull min isegwi l-artikli tieghi, kemm fuq l-orizzont kif ukoll fuq it-Torca, jinduna li kultant dawn l-artikli ma jkunux l-istess bhal ma jidhru fuq dan is-sit elettroniku. Hafna drabi r-ragun tkun minhabba l-limitazzjoni ta’ l-ispazju. Fil-fatt hekk gara llum meta fil-gazetta it-Torca suppost li dan l-artiklu kellu jinkludi wkoll il-bicca dwar it-trasferimenti li ma dehritx izda qieghed nipproduciha hawn.

Minn John Pisani | - 4:10 pm - Fil-Kategoriji Accident, Fatalita', tragedji

Tispikka l-generozità tal-Maltin 

Ghal darb’ ohra l-generozità u l-qlub kbar tal-Maltin regghu spikkaw biex il-kadavru tal-haddiem barrani li tilef hajtu fit-tragedja ta’ nhar it-Tlieta fil-Hamrun seta’ jintbghat lejn art twelidu ghad-difna.Sloban Drljic ta’ 22 sena, Serb mill-Bosnja, miet flimkien ma’ Godwin Buhagiar ta’ 44 sena mis-Siggiewi wara li ceda saqaf tal-konkrit fi Triq Barbara fil-Hamrun.

Fil-harga tal-gurnal l-iehor ta’ l-Union Press, l-orizzont, ta’ nhar il-Hamis li ghadda konna wassalna appell li ghamlet it-tfajla tal-haddiem Serb, Lela Nabakhteveli, kif ukoll Vladimir, il-parrinu ta’ Sloban. Minhabba li Drljic gej minn familja fqira li jghixu fil-Bosnja, sabu diffikultà kbira biex ihallsu l-ispejjez involuti biex it-tebut issigillat bil-kadavru ta’ Sloban jintbghat il-Bosnja. Jidher li l-appell li ghamilna wasal tant li fuq inizjattiva ta’ shabu stess fejn kien jahdem ghamlu gabra u anke gabru flus minn haddiema ohrajn fosthom minn postijiet fil-Qasam Industrijali ta’ San Gwann u stabbiliment ta’ l-ikel fejn jiltaqghu il-hbieb ta’ Sloban. Fil-fatt fil-jiem li ghaddew it-tebut intbghat bl-ajru lejn Tripli u minn hemm ghall-pajjizu fejn sar il-funeral.

Sloban Drljic kien ilu Malta inqas minn sena fejn gie hawn jahdem bil-permess. Il-holma tieghu kienet li jghin li genituri tieghu u lil huh iz-zghir fejn jghixu fil-faqar fil-Bosnja kif ukoll li jizzewweg lil Lela u jkollhom familja. Holma li nhar it-Tlieta inqerdet.

Sadanittant kadavru iehor li kien ilu jinzamm fil-kamra mortwarja ghal aktar minn hames gimghat, kmieni ghada filghodu mistenni wkoll jintbghat lejn pajjizu ghad-difna.Mitko Dimitrov Mitev ta’ 41 sena mill-Bulgarija kien instab mejjet fis-16 ta’ Marzu fil-kamra tieghu f’lukanda f’Wied il-Ghajn. Minhabba li Mitev miet ghall-gharrieda, kienet infethet inkjesta magisterjali. Mill-awtopsja kien irrizulta li fuq il-kadavru ma nstabu ebda sinjali ta’ vjolenza u huwa mifhum li l-ezamijiet tossikologici rrizultaw ukoll fin-negattiv. Izda minkejja dan xorta wahda l-kadavru baqa’ jinzamm f’tebut issigillat. Sorsi qrib id-Dipartiment tas-Sanità qalu lit-Torca li hija hasra li dan il-kadavru thalla hawn Malta dan iz-zmien kollu ghalxejn biex issa l-familja ma jistghux jifthu t-tebut biex jaghtu l-ahhar tislima lil mahbub taghhom peress li ghadda hafna zmien. Kadavru iehor li ghadu jinzamm fil-kamra mortwarja huwa dak ta’ Larissa Safranova, ir-Russa li nstabet maqtula fil-bahar f’Tas-Sliema fit-8 ta’ Marzu li ghadda.

Ghadhom jinzammu wkoll parti minn kadavru ta’ mara li f’Dicembru tas-sena l-ohra nstab f’Wied il-Ghajn. Fdalijiet ohrajn li nstabu f’barriera fin-Naxxar u li kollox jindika li huma ta’ Christian Camilleri ta’ 18-il sena mill-Wardija, wkoll ghadhom ma nghatawx lill-familja ghad-difna.  

Minn John Pisani | - 4:06 pm - Fil-Kategoriji FAM
fam-haywharf-22-04-07.jpg 
Ix-xoghol imbazwar u sogru fil-bazi Marittima
Ix-xoghol fuq il-moll il-gdid kif ukoll fl-ufficini fil-bazi Marittima 
tal-Forzi Armati f’Xatt it-Tiben tant ilu li beda u ghadu mhux lest 
li hemm min wasal biex tah il-laqam ta’ “Sptar Mater Dei II”.
Meta harget is-sejha ghal dan il-progett, l-istima kellha tkun ta’ madwar 
Lm1m izda jidher li din is-somma nqabzet u anke ssemmiet li din digĂ  
qabzet il-Lm1.5 miljun. Sorsi li tkellmu maghna qalulna li sakemm 
jintefqu l-miljuni u x-xoghol isir tajjeb fiha u ma fihiex, izda jidher li 
ntefqu eluf  ta’ liri iktar milli kien stmat u x-xoghol sar imbazwar. 
Dan il-progett inbeda madwar tmin snin ilu. Dawk li tkellmu maghna 
qalulna li l-moll inbeda
minn zewg nahat b’konsegwenza li spicca 

naha iktar baxx min-naha l-ohra fejn jidher li minhabba f’hekk issa 
hemm rampa. Dan ma kienx l-uniku zball u hemm xoghol iehor li 
sar hazin. Qieghdin jissemmew ukoll il-kolonni li l-parti li hemm f
il-bahar ghandhom il-hadid hiereg minnhom b’konsegwenza li dawn 
issaddu u digĂ  qieghda ssir hafna hsara.
Izda minkejja dan l-awtoritajiet f’Kastilja ghalihom qisu mhux jigri xejn.
Titnehha l-ghassa
Wara li twahhlu l-kameras is-suldat li ssoltu jkun ordnat ghassa 
fil-guard room minn
naha ta’ San Maison, dan issa m’ghadux ikun 
hemm il-hin kollu.
Huwa mifhum li mit-Tnejn sal-:imgha l-ghassa mal-grada ssir sa 
l-4.30 p.m. filwaqt li fi tmiem il-gimgha jkun hemm ghassa biss fil-hin 
tad-dhul u fil-hin tal-hrug ta’ dawk li jahdmu hemm u matul il-bqija 
tal-gurnata ma jkun hemm hadd. Anke hawn jidher li ghal dawk ta’ 
Kastilja tant qieghdin nghixu f’pajjiz trankwil li rragunar taghhom 
huwa li f’Malta hadd mhu se jazzarda jaghmel xi haga.
Issogra hajtu
Ufficjal gholi stazzjonat mat-Taqsima Marittima tal-FAM dan l-ahhar 
issogra li johloq periklu ghalih personali u jimbarazza lill-Armata 
internazzjonalment b’dik li qieghda titqies minn fizzjali bhalu bhala 
“hmerija” u “vavata”.
Dan l-ahhar fil-bazi li ghandha l-Armata f’Xatt it-Tiben twahlet 
sistema ta’ sigurtà permezz ta’ CCTV b’diversi kameras li tpoggew 
suppost f’postijiet strategici. Izda jidher li xorta ghad hemm xi 
postijiet li mhumiex koperti tajjeb.
Jew minhabba n-nuqqas ta’ suldati jew minhabba nuqqas ta’ 
finanzi, li aktar hija l-ahhar wahda, l-ghassa maz-zewg entraturi 
ghall-bazi Marittima tnaqqset drastikament.
Kaz stramb sehh nhar is-Sibt, 31 ta’ Marzu f’Jum
il-Helsien. Ghal 
habta tal-11.30 a.m. ufficjal gholi allegatament ried jipprova punt 
dwar x’tip ta’ ghassa tezisti b’konsegwenza li mhux biss ipperikola 
hajtu, izda seta’ pogga f’sitwazzjoni imbarazzanti lill-istess Armata. 
L-istorja bdew jirrakkotawilna persuni li kienu ghal kwiet fil-qrib j
ghaddu l-hin jistadu.
Dawn qalulna li nnuttaw ragel, li ma kienx liebes uniformi, riesaq 
lejn il-grada wara li pparkja l-karozza tieghu ferm ’il boghod. F’hin 
minnhom dawn rawh jixxabbat mal-hadid ippuntat li hemm man-naha 
tal-bahar u bi ftit ta’ tbatija rnexxielu jdur mal-hadid u jidhol fil-bazi 
tal-Armata. Jidher li x’aktarx xi hadd cempel jew lill-Pulizija jew 
lill-Armata stess biex jirrapporta li kien dahlilhom ragel suspettuz 
bil-mohbi fil-bazi.
Minn stharrig li komplejna naghmlu rrizulta li fil-fatt dak “ir-ragel
suspettuz” kien ufficjal gholi. Dan jaf li ma setax jinqabad mill-kameras 
tas-sigurtà u b’hekk irnexxielu jizgiccja peress li dak il-hin ma jkun 
hemm hadd ghassa mal-grada, kemm ghax kien is-Sibt kif ukoll 
minhabba li kienet festa. L-istess sorsi qalulna li biex isir il-moniteragg 
tal-kameras, hemm monitor wiehed maqsum f’madwar ghaxar kaxxi 
ghal kull kamera. Ghaldaqstant sakemm min ikun mal-monitor ifettilu 
jitfa’ ghajnejh fuq kaxxa u mhux fuq ohra u dak il-hin jghaddi xi hadd, 
hija impossibli li jinduna. Jirrizulta wkoll li minkejja li jkun hemm xi 
hadd ghassa mal-monitor, s’issa hadd ma hareg ordni specifika, jew 
kif inhi maghrufa ahjar fis-servizz bhala ‘standing order’ u li l-Armata 
tezigi li jkun hemm minhabba d-dixxiplina militari.
Fizzjali ohrajn li tkellmu maghna qalulna li dan issogra hafna. Seta’ 
xi hadd m’gharfux u anke spara tir ta’ twissija jew seta’ gie attakkat 
u mizmum. Izda li dejqet lill-hafna kienet li jekk dan l-ufficjal ghamel 
din
il-“hmerija” biex juri li hemm punt debboli fis-sistema, allura kien 
fid-dover tieghu li jirranga s-sitwazzjoni u mhux jipprova jgib fl-inkwiet 
lil dawk li nzertaw xoghol.
“Is-suldati huma kollha mhargin biex l-ewwel jitolbu lill-individwu 
jiddentifika ruhu, jekk dan ma jobdix allura jigi sparat tir ta’ twissija 
u l-ahhar haga li jaghmlu u biss f’kaz ta’ xi periklu, jkunu kostretti 
jisparaw biex iferu u jwaqqfu lill-individwu. Izda kulhadd huwa uman 
u zbalji saru
minn nies l-iktar professjonali. 
"Iva seta’ nholoq kaz li jimbarazza sew lill-FAM”, sahaq ufficjal ta’ l-Armata.
Wara dan l-incident jidher li ttiehdu l-passi u l-hadid gie mdawwar bi 
ftit barbed wire li anke tifel zghir jghaddi.
Bruda
minn Kastilja
Wara l-ahhar r-rapport fuq l-Armata li deher fil-gazzetta it-Torca 
u anke fuq dan is-sit elettroniku, kienu hafna li ghamlu kuntatt mieghi 
fejn ikkonfermaw li dan huwa frott tal-bruda
minn Kastilja fil-konfront 
ta’ l-Armata.
Saru diversi mistoqsijiet parlamentari mid-Deputat Laburista 
Joe Debono Grech li hafna minnhom jew ghadhom bla twegiba 
jew it-twegiba li nghatat kienet biss tidwir mal-lewza.
Sorsi kemm qrib l-Armata kif ukoll
minn Kastilja, qalulna li hemm 
min f’Kastilja ghandu xi interess biex l-Armata tithalla tiddeterjora 
biex jintefa’ dell ikrah fuq it-tmexxija tal-FAM, “ghax b’hekk ikunu 
jistghu jinqdew il-hbieb tal-hbieb b’mod pulit”.