Mhux eskluz ukoll overdose
Il-Pulizija tkellem persuni qrib il-Parlament?
Il-Pulizija kompliet tintensifika l-investigazzjonijiet taghha dwar il-kaz ta’ Christian Camilleri, iz-zaghzugh ta’ 18-il sena li gheb fis-26 ta’ Novembru 2006 u li x’aktarx il-fdalijiet tieghu nstabu f’barriera fin-Naxxar. Huwa mifhum l-l-investigaturi qieghdin jaraw jekk dan kienx kaz ta’ overdose. Ghalkemm dan il-kaz qieghed jitqies bhala wiehed difficli hafna, l-investigaturi se jkollhom jibbazzaw hafna fuq ix-xjenza forensika biex tipprova tasal ghal xi tip ta’ konkluzzjoni. Nhar it-Tnejn fil-Parlament kien hemm l-Ispetturi Chris Pullicino u Louise Calleja, iz-zewg Spetturi li qieghdin jinvestigaw dan il-kaz. Mhux maghruf jekk il-prezenza taghhom fil-Kamra tar-Rapprezentanti kelliex xi konnessjoni mal-kaz izda sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalulna li huma marru hemm biex ikellmu persuna jew persuni li ghandhom xi konnessjoni mal-Parlament ghalkemm mhux maghruf x’pozizzjoni ghandhom dawn il-persuni.Sadanittant l-ghadam kollu li ngabar mill-barriera ghadu qieghed jigi ezaminat u fil-jiem li gejjin l-investigaturi mistennija jiehdu dawn il-fdalijiet f’Laboratorju Forensiku fl-Ingilterra. L-istess investigaturi qieghdin jittammaw li jgibu maghhom rizultati li bihom ikun jistghu jaslu ghal kif miet, jew inqatel iz-zaghzugh. F’dan l-istadju mhuma jsekludi xejn ghalkemm it-tezi li Camilleri waqa’ jew intefa’ minn gholi ta’ madwar tmin sulari tidher li giet eliminata. Ghaldqastant s’issa jibqa’ l-misteru ta’ kif il-fdalijiet ta’ Christian Camilleri nstabu fil-barriera. Il-Pulizija ghad iridu jistabilixxu jekk iz-zaghzugh mietx fuq il-post jew il-kadavru tieghu ttiehed hemm. Jekk fil-fatt b’xi mod inqatel minn xi hadd u kif jew jekk hux kaz ta’ overdose. Anke hawn iridu ikun stabbilit kif u jekk kienx wahdu jew le.Â
Il-kaz ta’ Christian Camilleri imur lura ghal nhar il-Hadd, 26 ta’ Novembru 2006 meta ghal habta tal-5.45 a.m habat bil-karozza tieghu meta kien qieghed jirritorna d-dar. Huwa cempel lill-genituri tieghu u kien qalilhom li kien se jibda’ miexi lejn id-dar izda kien iltaqa’ maghhom f’nofs triq. Christian qalilhom biex jiehdu hsieb huma u li kien se jibqa’ sejjer lejn id-dar wahdu.
Meta l-genituri marru lura d-dar ma kienux sabu lil binhom hemm. Fil-fatt Christian qatt ma rritorna d-dar.Kien biss nhar l-Erbgha, 21 ta’ Frar li haddiem tal-Ballut Blocks sabu skeletru ta’ ras u xi ghadam. Dakinhar stess instabet ukoll zarbuna li omm Christian identifikat bhala dik li kien liebes binha dakinhar li naqas kif ukoll xi hwejjeg.
Meta l-ghada l-Pulizija komplew ifittxu sabu wkoll il-gizirana u l-mobajl taz-zaghzugh biex b’hekk kien kwazi accertat li l-fdalijiet huma tieghu.
L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mis-Supretendent Pierre Calleja flimkien ma’ l-Ispettur Chris Pullicino mill-Iskwadra ta’ l-Omicidji u l-Ispettur Louise Calleja mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji. Â
