Inqabdu b’70 kilo droga kannabis destinata ghal Mala
Thomas Camilleri (ritratt) ta’ 22 sena mill-Gzira u Glenn Paul Xuereb ukoll ta’ 22 sena minn San Gwann, jistghu jehlu pieni horox fil-habs ta’ Tunez u multi kbar wara li fil-jiem li ghaddew inqabdu b’madwar 70 kilo droga kannabis fil-pussess taghhom meta kienu f’Sousse. Iz-zewg Maltin digà tressqu l-Qorti Tunezina u gew akkuzati li ppruvaw jimpurtaw lejn Malta d-droga kannabis.
Wara li Camilleri u Xuereb naqsu li jirritornaw Malta fit-18 ta’ Lulju wara dik li kellha tkun btala, il-genituri taghhom ghamlu kuntatt mal-Miniseru tal-Affarijiet Barranin fejn gew informati li wliedhom kienu gew arrestati f’Sousse u li kienu qeghdin jigu investigati fuq traffikar ta’ droga.?
Huma tressqu l-Qorti nhar l-Erbgha li ghadda fejn wiegbu li ma kienux hatjin tal-akkuzi. Bhalissa z-zewg zghazagh Maltin qeghdin jinzammu fil-Habs ta’ Sousse.