Minn John Pisani | July 10, 2010 - 11:22 pm - Fil-Kategoriji Diskriminazzjoni, Esklussiva, Korp tal-Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Rabja

camera  In-nisa fil-minoranza assoluta

Ghada t-Tnejn, 12 ta’ Lulju 2010 huwa ‘Jum il-Pulizija’ li jahbat il-196 anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija. Ghada wkoll 61 membru tal-Korp se jinghataw Certifikat tal-Mertu li l-maggoranza huma …..artiklu

Minn John Pisani | February 22, 2010 - 4:19 pm - Fil-Kategoriji Diskriminazzjoni, Esklussiva, Korp tal-Pulizija, Pulizija, Rabja

camera  Ilhom disa’ gimghat li ghamlu l-ezamijiet

Madwar 65 kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija ilhom disa’ gimghat li ghamlu l-ezamijiet biex isiru Surgenti u s’issa ghadhom ma semghu xejn minkejja lir-rizultati ilhom li nghataw lill-Amministrazzjoni tal-Korp iktar …..artiklu

Minn John Pisani | February 7, 2010 - 10:28 am - Fil-Kategoriji Abbuz, Diskriminazzjoni, FAM, Rabja

Tinkiser ir-regola tal-irtirar mal-55 sena

Regola, jew ligi, fil-Forzi Armati li giet fis-sehh f’Jannar 2008 tghid li il-compulsory retirement age fil-FAM hija ta’ 55 sena u mhux 61 sena u minn jaghlaq 55 sena u ma jkunx ghadu ghamel il-25 sena servizz, seta jkompli …..artiklu

Minn John Pisani | January 3, 2010 - 12:18 pm - Fil-Kategoriji Appell, Diskriminazzjoni, FAM, Rabja

Ghadhom jistennew il-flus dovuti lilhom

cameraNumru ta’ suldati li jaghmlu parti mis-‘C’ Company ghadhom jistennew biex jithallsu l-allowance li gie imwieghed lilhom liema flus qed jinghad li digĂ  thallsu …..artiklu

Minn John Pisani | November 15, 2009 - 9:48 am - Fil-Kategoriji Appell, Diskriminazzjoni, FAM, MIA

Suldati jahdmu sighat zejda minghajr kumpens

Suldati li huma stazzjonati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ilhom is-snin jahdmu sieghat zejda minghajr ebda kumpens ta’ xejn. Dan mhux biss jikkonfermawh l-istess suldati imma ukoll …..artiklu

Minn John Pisani | November 1, 2009 - 12:17 pm - Fil-Kategoriji Abbuz, Diskriminazzjoni, FAM, Protezzjoni Civili, Pulizija, Rabja, Tobba

L-MMA tichad il-veritĂ  bil-provi

Minkejja li l-operazzjoni fuq il-vapur ‘MV Arctic Sea’ kienet wahda ‘top secret’, gurnalista rnexxielha mhux biss tiehu ritratti tal-operazzjoni izda bil-barka …..artiklu

Minn John Pisani | October 18, 2009 - 12:25 pm - Fil-Kategoriji Appell, Detention Centres, Diskriminazzjoni, FAM, Klandestini, Rabja

Suldati urtati ghal manuvri mhux gusti

Il-mod kif isiru l-affarijiet fl-Armata Maltija qeghdin jurtaw lil hafna suldati b’mod specjali s-suldat iz-zghir ghal decizjonijiet li jittiehdu minn Kastilja jew bi pressjoni minn Kastilja.

Is-sorsi taghna f’Kastilja qalulna li qieghed iberraq fuq …..artiklu

Jilmentaw minn diskriminazzjoni

Wara rrapport dwar il-hinijiet il-godda tal-Pulizija li jahdmu bix-shift, gejt ikkuntattjat minn Pulizija f’taqsimiet ohrajn li lmentaw li qeghdin ikunu diskriminati fosthom dawk fit-Taqsima tat-Traffiku, jew kif inhuma maghrufin ahjar bhala tal-muturi, ki ukoll dawk fl-ALE.

Huwa mifhum li l-Pulizija tat-Traffiku jahdmu fuq bazi ta’ …..artiklu

Minn John Pisani | January 11, 2009 - 2:51 pm - Fil-Kategoriji Diskriminazzjoni, Korp tal-Pulizija, Promozzjonijiet, Pulizija, Qorti, Rimedju

(Nota: Dan l-artiklu kellu jkun ippubblikat fil-gazzetta it-torca tal-Hadd, 11 ta’ Jannar imma deher parti minnu biss. Ghalhekk qieghed jigi ippubblikat hawn kollu minghajr ebda censura)

——————————————————

 

Promoss ghal 38 gurnata biss 

L-Assistent Kummissarju Bertu Mula x’aktarx li se jkollu record bhala l-uniku Assistent Kummissarju li se jdum f’din il-kariga – 38 gurnata biss. Dan bla ebda htija tieghu imma sempliciment ghax ma ggedidtlux ghal sena l-etĂ  tal-irtirar. Izda aktar jidher li r-raguni hija biex ikunu moqdijin persuni ohrajn.

Meta Bertu Mula kien ghadu Supretendent kien ressaq talba biex iz-zmien tal-irtirar jiggedidlu b’sena u jirtira fl-età ta’ 62 sena. Din digà grat ma’ ufficjal iehor u ghalhekk ma kien se jinholoq l-ebda precedent. Izda t-talba tieghu kient giet irrifjutata. Ghaldaqstant meta bdew jissemmew il-promozzjonijiet ghall-Assistenti Kummissarji, kien hemm min qal li Bertu Mula ma kienx se jinghata promozzjoni ghax kien wasal biex jirtira u b’hekk il-process tal-promozzjonijiet l-ohrajn, fosthom dawk ta’ Supretendenti kien se jintefa’ lura. Izda fil-fatt Bertu Mula sar Assistent Kummissarju.

Flimkien ma’ Bertu Mula saru ukoll Assistenti Kummissarji, Pierre Calleja u Antoine Casha. L-Assistent Kummissarju Mula nghata r-responsabblità mir-Regjun ‘B’ minflok l-Assistent Kummissarju Paul Sammut li gie trasferit ghal Regjun ‘A’. Kif kien mistenni l-Assistent Kummissarju Pierre Calleja tpogga bhala Kap tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali filwaqt li l-Assistent Kummissarju Antoine Casha responsabbli mill-affarijiet tal-UE fosthom it-Taqsima tas-Sirene biex b’hekk l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga baqghet minghajr Assistent Kummissarju.

Ghaldaqstant meta fit-18 ta’ Dicembru li ghadda naghtaw il-promozzjonijiet ghall-Assistenti Kummissarji u s-Supretendent Bertu Mula gie kklasifikat fl-ewwel post, kien jaghmel sens li s-Sur Mula kien se jerga’ jaghmel l-istess talba u li din id-darba kienet se tigi milqugha. Izda ghat-tieni darba t-talba ta’ Bertu Mula giet irrifjutata. Ghaldaqstant nhar is-Sibt, 24 ta’ Jannar 2009 se tkun l-ahhar gurnata tal-karriera twila ta’ Bertu Mula fil-Korp tal-Pulizija – ezatt jumejn qabel jaghlaq l-etĂ  ta’ 61 sena. Pruvajt lill-Assistent Kummissarju Mula izda qali li ghalissa ma jistax jikkummenta.

Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija stqarrew mieghi li dan juri li l-process tal-promozzjoni kien mahdum “bizzilla” ghalkemm xorta wahda inqala’ intopp. Minn qabel ma nhargu r-rizultati tal-promozzjonijiet kemm tal-Assistenti Kummissarji kif ukoll tas-Supretendenti, kien qieghed jinghad li se jsiru bejn erba’ u hames Assistenti Kummissarji u bejn tmienja u ghaxar Supretendenti. Izda fil-fatt saru tliet Assistenti Kummissarji u seba’ Supretendenti.

Malli thabbru r-rizultati kien hemm min wera fil-berah li kien urtat tant li anke kien hareg bis-sick leave, jew kif jghidu l-Pulizija ‘irtira’. Izda meta avvicina lil min kellu jwassal il-messagg kien imwieghed li l-affarijiet kienu se jinbiddlu u nghata parir biex ma jghaggilx. Fil-fatt dan l-Ispettur dahal lura ghax-xoghol ftit sighat wara.

Sorsi qrib l-istess Kwartieri Generali tal-Pulizija qalulna li hemm indikazzjonijiet li fil-gimghat li gejjin se ssir talba mill-Kummissarju tal-Pulizija, bhala l-Kap Amminstratur tal-Korp tal-Pulizija, biex jinhatru zewg Assistenti Kummissarji ohrajn u tliet Supretendenti ohrajn, kif kienu bassru xi whud.

Ghaldaqstant issa mistennija li jinghataw promozzjoni ghal Assistenti Kummissarji, is-Supretendenti Neil Harrison u Neville Aquilina fejn Harrison istenni jinghata r-responsabbilitĂ  tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u Aquilina jiehu post Bertu Mula fid-Distrett. Izda minflok mhuma se jinhatru zewg Supretendenti, minflok Harrison u Aquilina, mistennija jinhatru tlieta – l-Ispetturi Marco Mallia, Abraham Zammit u Simon Galea. L-unika kariga li tidher certa hija dik ta’ Abraham Zammit li bhalissa huwa responsabbli mill-Habs ta’ Kordin biex b’hekk ikun hemm Supretendent imexxi l-Habs u l-weghda li nghatat lill-Ispettur Simon Galea tidher li se tinzamm.

Sadanittant qieghed jinghad li s-Supretendent Raymond G. Zammit se jkompli jiggieled ghad-drittjiet tieghu wara li ghal darb’ ohra rega’ inqabez fil-process tal-promozzjoni u dan l-aktar fid-dawl tal-manuvrar li ghaddej. Is-Supretendent Zammit kien ghamel rikors ghall-hrug ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra l-Ministru tal-Intern u l-Kummissarju tal-Pulizija biex jitwaqqaf il-process tal-promozzjoni. Fil-15 ta’ Dicembru l-Imhallef Joseph Micallef ma kienx laqa’ r-rikors izda fis-sentenza tieghu ghamel rimarki li kien hemm min iddiskrivihom bhala sorprendenti.

Fost ir-rimarki li ghamel fis-sentenza tieghu, l-Imhallef Micallef qal li “Huwa minnu li r-rikorrent (is-Supretendent Zammit) wera li huwa ghandu kwalifiki mill-aqwa, servizz twil u esperjenza wiesgha, kredenzjali sodi ta’ responsabblità, kwalifici akkademici  u ghaqal fit-twettiq tal-hatriet li dejjem inghata tul il-karriera tieghu fil-Korp”. Anke l-intimati (il-ministru u l-kummissarjutal-Pulizija) ma jmieru xejn dawn il-kisbiet u hiliet tieghu.

Izda zewg punti ohrajn tal-Imhallef Micallef, sahansitra hallew anke gudikaturi ohrajn li tkellmu maghna skantati. L-Imhallef Joseph Micallef qal li s-Supretendent Raymond Zammit “ghadu ta’ età tali u xejn ma jfixklu milli jerga’ jitfa’ applikazzjoni f’kaz ta’ sejha ohra li tista’ ssir fil-gejjieni”. Barra minn hekk qal ukoll li “l-hsara li r-rikorrent (Zammit) igarrab kieku l-mandat ma jinharigx hija anqas mill-hsara li t-twaqqif tal-process tal-ghazla jhalli fil-Korp tal-Pulizija in generali”.

Is-sorsi li tkellmu mieghi qaluli li ma jiftakrux sentenza simili fejn cittadin ma jinghatax ragun ghax jista’ jerga’ japplika ghal promozzjoni ghax ghadu fl-età li jista’ jerga’ japplika. Dan meta ufficjali ohrajn li nghataw jew li mistennija jinghtaw promozzjoni huma ferm izghar fl-età. Stonat ukoll meta Dr Micallef qal li s-Supretendent Zammit se jgarrab anqas hsara mill-Korp tal-Pulizija jekk ma jinghatax il-promozzoni.

“Hekk sew mela issa naraw jekk jaqbilx ghall-Gvern l-ewwel u mhux ghac-cittadin jekk jinghatax dak li haqqu”, qali wiehed mis-sorsi.

Minn John Pisani | December 10, 2008 - 11:27 am - Fil-Kategoriji Diskriminazzjoni, Korp tal-Pulizija, Pulizija

Dan mhux artiklu li ktibt jien jew li gie rrappurtat imma ittra li David Agius, eks-Surgent fil-Korp tal-Pulizija, kiteb lill-Editur tal-gurnal l-orizzont u li giet ippubblikata llum l-Erbgha, 10 ta’ Dicembru 2008.

L-ittra ta’ David Agius tghid hekk:

Sur Editur,

Jiddispjacini li f’dawn l-ahhar ftit jiem dehru b’mod ripetut artikli li jakkuzaw lill-Korp tal-Pulizija bhala inefficjenti u dillettantesk. Bhala ex-Surgent, fejn fl-ahhar erba’ snin ta’ servizz kont stazzjonat fis-Cyber Crime Unit, naf li hemm hafna membri li zgur huma ’l fuq minn din il-kritika u jaqdu dmirhom kif ghandu jkun, jew ghallinqas jippruvaw.

Imma sfortunatament ikolli nghid li kultant il-proverbju jaf ghandu ragun. “Il-huta minn rasha tinten”. Din li gejja hija l-esperjenza tieghi.

B’esperjenza ricenti tieghi, rajt kif email mibghuta minni f’Novembru 2007 kelli nircievi risposta tal-misthija ghaliha wara disa’ xhur, u dan biss bis-sahha ta’ artiklu li kiteb il-gurnalist John Pisani wara li tkellimt mieghu u li int ippublikajt. Kumbinazzjoni gie ppublikat madwar gimgha qabel l-Amministrazzjoni tal-Korp stenbhet mir-raqda u baghtet risposta ghall-ittri /emails tieghi li sa dal-punt kienu waslu fil-ghadd ta’ hamsa, tnejn minnhom permezz ta’ avukat u fosthom ukoll ittri registrati.

Il- mistoqsijiet tieghi kienu rigward allowance fuq zmien ta’ erba snin  ta’ perjodi ta’ “stand by” li qatt ma inghatajt meta dan huwa dovut bi dritt skond il-Public Service Management Code. Skond il-Korp tal-Pulizija, dan ix-xoghol sar b’mod “volontarju”. Mir-risposta tal-Korp konvenjentament gejt mghajjar ta’ giddieb fuq il-fatt li jien tlabt ghal din l-allowance permezz ta’ korrispondenza ufficjali interna fiz-zmien li kont ghadni membru.

Konvenjentament ukoll gie minsi fejn b’ordni, ufficjali uhud minnhom Assistenti Kummissarji kurrenti, u indirettament anke l-Kummissarju nnifsu, kemm–il darba kienu juzaw din is-sistema biex jirrekjedu s-servizzi tal-membri ta’ din il-unit f’hinijiet barra min-normal (per ezempju jcemplulek fis-2.00 a.m. biex tidhol dak il-hin). Naqsu wkoll li jikkummentaw fuq il-fatt li din l-istess allowance kienet tinghata lil sezzjoni specjalizzata ohra fl-istess zmien tal-operat ta’ din is-sezzjoni u b’hekk holqu sitwazzjoni diskriminatorja!

B’wicci minn quddiem nghid li r-risposta tal-Korp kienet evaziva u semplicement ma tridx tittiehed ir-responsabbilta’ li missha ttiehdet snin qabel, imma li forsi ufficjal li issa wasal biex jiehu xi promozzjoni naqas li jiehu ghar-ragunijiet tieghu.

Iktar minn hekk, biex inkompli naghti l-opinjoni tieghi il-ghaliex il-Korp jista’ jkompli joghdos, huwa l-fatt li l-pubbliku, li jien illum parti minnu, jista’ jirreferi ghall-Bord dwar il-Pulizija li fuqu kien ftahar hafna l-Ministru tal- Gustizzja ta’ qabel.

F’Lulju, Awwissu u Ottubru ta’  din is-sena, indirizzajt lejhom tlett ittri differenti (bl-ahhar wahda kkupjata lill-Ministru responsabbli) fejn s’issa l-unika efficjenza jew risposta min-naha ta’ dan il-Bord kienet l-efficjenza biex jikkonfermaw li rcievu l-ittri tieghi. La telefonata u wisq anqas korrispondenza bil-miktub biex jinfurmaw lil cittadin fejn waslu fl-investigazzjoni tal-ilment tieghu.

Ghaldaqdstant, fin-nuqqas ta’ kull informazzjoni ohra, l-unika opinjoni li jista’ jkolli hija li gejja.

Kif jimxi l-Korp mhux se nikkummenta fuqu. Kellmu lil min tridu mill-membri jew lill-familja taghhom jew dawk li kellhom x’jaqsmu mieghu u jghidulkom kif isiru l-affarijiet, hafna drabi jew b’mod dilettantesk jew inkella sempliciment minghajr rispett. Il-Bord tal-Pulizija huwa inezistenti jew inkella min jiffurmah, b’kull rispett, imissu jirrezenja ghax jekk ma tistax jew ma tridx taqdi l-funzjoni tieghek, imissek twarrab. Wara kollox dawn mhux volontarjat jaghmlu imma nahseb li jithallsu!

Sur Shadow Minister, tridx issaqsi ftit fuq l-ilmenti li jigu rcevuti dwar l-operat tal-Korp?  Mhux biss kemm, imma x’tip ta’ ilment. Gie rizolt jew spicca fil-kexxun tal-Bord jew ta’ xi ufficjal?

U Sur Ministru u Shadow Minister, ma tahsbux li wasal iz-zmien biex inqumu mir-raqda u ssir riforma mill-qiegh biex il-pubbliku jigi sodisfatt minn kif il-Korp jaqdi dmiru minflok kulhadd igerger biss? Ftit tisbih parzjali mhux bizzejjed. Hemm bzonn li taraw il-ghaliex partijiet mill-pubbliku kif ukoll mill-membri innifshom ghandhom qalbhom maqtugha mill-Korp! Konsultazzjoni pubblika kif ukoll permezz ta’ esperti fil-kamp kemm lokali kif ukoll barranin li ghandhom l-esperjenza f’dan il-qasam kif ukoll ‘track record’ tajjeb. Vizjoni li ma tkunx bhall-istrategija passata, fejn anke l-istrategija tal-Korp ghal perjodu ta’ sentejn kienet giet ippublikata. Wara li dawn is-sentejn kienu ghaddew, u imnalla, qisu hadd ma sar jaf biha ghax kien jiskopri kemm ma kienet strategija xejn!