Rabtu fekruna minn rasha u ma’ mazzra
Xi hadd mhux maghruf wettaq att krudili fuq fekruna tal-bahar billi rabat habel ma’ ghonqha u idha u ma’ gebla kbira u tefaghha fil-bahar.
Nhar il-Hamis, 8 ta’ Novembru, il-Forzi Armati kienu informati li fil-Port tal-Mgarr f’Ghawdex kien hemm oggett suspettuz f’wicc il-bahar. Fl-inhawi marret il-Patrol Boat P32 fejn irrizulta li l-oggett kien fekruna li kienet rasha ’l isfel u kulma kien jidher kienu biss is-saqajn ta’ wara hergin mill-ilma.
Meta s-suldati gabru l-fekruna sabu li din kellha habel marbut ma’ ghonqha u idha biex ma tkunx tista’ taqdef u n-naha l-ohra l-habel kien marbut ma’ gebla kbira li ntuzat bhala mazzra.
Wara li ttellghet mill-bahar u ttiehdet l-art, ufficjali mill-MEPA ccertifikaw li l-fekruna kienet mejta.