239 klandestin u tliet kadavri jiddahhlu Malta
Il-Libjani baqghu passivi
Kompliet tikber il-pjaga taâ pajjizna bâaktar wasliet taâ klandestini fejn bâkollox iddahhlu 184 klandestin fâdiversi operazzjonijiet li hallew it-Taqsima Marittma tal-FAM impjenati fuq il-bahar tul taâ hin. Grupp taâ 85 li ngabar minn vapur Navali Taljan resaq lejn Malta wara li l-Awtoritajiet Libjani baqghu passivi ghat-talbiet taâ l-Ambaxxata Maltija u dik Taljana fi Tripli. Dawn il-figuri jkompli jitfaâ aktar dubji serji dwar il-farsa u l-fjask taâ l-operazzjoni tal-Frontex.
Wara li fi spazju taâ 12-il siegha bejn nhar it-Tlieta u l-Erbgha li ghadew dahlu 52 klandestin fâzewg gruppi, har il-Hamis komplew il-vjaggi fejn ghall-ewwel darba gew salvati zewg gruppi ohrajn wiehed taâ 85 u iehor taâ 25 kif ukoll erbaâ nisa, tifla u tliet trabi li kienu fuq dingi flimkien maâ numru iehor taâ klandestini.
Kmieni l-Hamis filghodu, ghal habta tas-6.00 a.m., ic-Centru taâ l-Operazzjonijiet tal-FAM fâHal Luqa gew informati mill-iskuna Maltija âLaura IIâ li madwar 61 mil nawtiku fil-Lbic taâ Malta kienu avvicinati minn grupp taâ klandestini li kif resqu lejn l-iskuna nqalbu u spiccaw kollha fil-bahar. Is-sajjied salvaw 25 klandestin izda kif kienu ghadhom fl-inhawi raw tliet kadavri taâ nisa fil-bahar fejn wiehda minnhom kienet qieghed tistenna tarbija.
Fl-inhawi ttajjar ajruplan Islander mit-Taqsima taâ l-Ajru tal-FAM li kkonferma li fil-bahar kien hemm il-kadavri u li kien hemm klandestini fuq l-iskuna Maltija. Aktar tard marru wkoll il-Patrol Boats P52 u P32 fejn bdiet operazzjoni biex dawn ikunu trasferiti ghal fuq il-P32.
Sadanittant ic-Centru taâ l-Operazzjonijiet tal-FAM ircieva diversi telefonati minn immigranti fic-Centri Miftuhin fâMalta kif ukoll minn qraba li jghixu barra minn Malta, li fl-ibhra fiz-zona taâ Tfittix u Salvatagg Libjani kien hemm dghajsa bâ85 klandestin li bdew jitolbu l-ghajnuna.
Ghal darbâ ohra regaâ ttajjar l-Islander fl-inhawi kif ukoll il-helikopter Alouette biex ifittxu d-dghajsa. Wara diversi tentattivi biex isir kuntatt mal-klandestini kif ukoll mal-vapur âFenh Skyâ, permezz taâ mobile tas-satellita, il-vapur navali Taljan âFeniceâ, li kien fuq il-missjoni âNautilus IIIâ tal-Frontex, intercetta s-sinjali u sab lill-klandestini. Fuq din id-dghajsa kien hemm 82 ragel u tliet nisa, tnejn minnhom jistennew tarbija.
Sorsi li tkellmu maâ dan is-sit elettroniku qalulna li dan il-kaz jistaâ jqajjem kwistjoni diplomatici. Qed ikun allegat li meta t-Taljani salvaw lill-klandestini dawn kienu fiz-zona taâ Tfittix u Salvatagg Libjana. Huwa mifhum li dawn ghamlu kuntatt maâ l-Awtoritajiet Maltin u Libjani. Sar kuntatt ukoll maâ l-Ambaxxata Maltija fi Tripli fejn ix-Chargè dâAffairs, Nader Salem Rizzo, ipprova jaghmel kuntatt maâ l-Awtoritajiet Libjani. Izda jidher li l-Libjani baqghu passivi ghal kull tentattiv mill-Ambaxxata Maltija.
Sadanittant il-vapur âFeniceâ, li dak il-hin kien madwar 70 mil nawtiku minn Malta u madwar 100 mil nawtiku minn Lampedusa, minflok resaq lejn il-gzira Taljana resaq lejn Malta. Meta dahal fir-territorju taâ Malta, il-kaptan fuq il-âFeniceâ talab l-ghajnuna tal-FAM minhabba ragunijiet taâ sigurtĂ u igene minn naha tal-klandestini.
Is-sorsi li tkellmu maghna qalulna li bâhekk teknikament it-Taljani mxew skond il-proceduri tal-Frontex u cioè li l-klandestini jitwasslu fl-eqreb port sigur li ovvjament kien dak Malti. Izda minn naha l-ohra jpoggi dubji serji kemm it-Taljani huma lesti li jghinu lill-Malta. Dawn is-sorsi qalulna li hija haga taâ l-iskatament kif is-suldati Taljani fuq vapur âtal-gwerraâ li support huma mhargin ghal kull eventwalitaâ, sabu problemi bil-klandestini u sejhu ghall-ajjut. Minn naha l-ohra la l-ewkwipagg tal-lanca Melita 1 ma bezghu u lanqas sajjieda Maltin li fuq l-iskuna taghhom kien hemm 25 klandestin.
Ghaldaqstant kif dawn kienu madwar tliet mili barra mill-Port il-Kbir, it-Taqsima Marittima tal-FAM baghtet il-lanca Melita 1 biex tibda tigbor ftit ftit lill-klandestini. Fil-fatt il-FAM ghamlu erbaâ vjaggi bejn il-vapur âFeniceâ u l-bazi taghhom fâXatt it-Tiben.
Kif kienu ghadhom fl-inhawi, l-ajruplan innota dingi bil-klandestin. Ghaldaqstant fuq il-post intbghatu l-Patrol Boats P52 u l-P24 fejn waslu hdejn il-klandestini ghal habta tas-2.00 p.m. Minn fuq id-dingi ttelghu 74 klandestin. Dak il-hin dawn kienu 33 mil fil-Lbic taâ Malta. Erbaâ nisa, tifla taâ sentejn u nofs u t-tliet trabi taâ ftit xhur iddahhlu Malta fuq Melita I ghal habta tal-5.30 p.m. fil-bazi Marittima fâXatt it-Tiben. Fuq il-post mar it-Tabib John Mizzi kif ukoll ambulanzi mill-Isptar Mater Dei bâinfermieri, Dr Michael Spiteri minn ERT u ambulanza tas-SocjetĂ tas-Salbi l-Ahmar. Marru wkoll il-Pulizija mit-Taqsima taâ l-Immigrazzjoni u l-Kap tas-Servizzi tad-Detenzjoni.

Aktar tard, ghal habta tas-6.50 p.m. fuq il-P24 iddahlu 26 ragel, disaâ nisa u tifel filwaqt fuq il-P52
idahhlu 52 ragel u tleit nisa bâwahda minnhom tqila.
Sadanittant ghar-rabaâ gurnata wara xulxin it-Taqsima Marittma tal-Forzi Armati kif ukoll il-Pulizija mit-Taqsima taâ l-Immigrazzjoni, kellhom jiffaccjaw aktar klandestini biex il-problema kompliet tiggrava. Il-bierah iddahhal grupp iehor taâ 27 klandestin.
L-ghada, ghal habta tas-7.37 a.m. ic-Centru taâ l-Operazzjonijiet tal-FAM fâHal Luqa gie informat mill-kollegi taghhom fâRuma li ghal darbâ ohra skuna tas-sajd Taljana salvaw grupp taâ klandestini meta dawn kienu madwar 40 mil nawtiku fil-Lvant taâ Malta. Il-kapta n taâ l-iskuna âMaria Elenaâ qal informa lic-Centru taâ Salvatagg fâRuma li l-ekwipagg kien sab 27 ragel fuq dghajsa li kienet qieghda taghmel l-ilma. Ghaldaqstant il-FAM informaw lil âMaria Elenaâ biex tibda tersaq lejn Malta. Fl-istess hin mill-Bazi Marittimu tal-FAM fâXatt it-Tiben harget il-lanca Melita 2 biex tiltaqaâ maâ l-iskuna Taljana.
Minn hemm bdiet operazzjoni biex il-grupp ikun traferit fuq il-Melita 2 li kellha taghmel zewg vjaggi fejn fl-ewwel vjagg ingiebu Malta 13-il persuna u l-14 l-ohrajn ingiebu fi vjagg iehor.
Ma lehqux ghaddew 24 siegha meta fâWied il-Buni fâBirzebbuga dahlet dghajsa bi 28 klandestin foshom sitt nisa.
Bâhekk sa nhar is-Sibt, 12 taâ Lulju kienu dahlu Malta 1,192 klandestin.