Minn 45 omicidju ghad fadal ghaxra mhux solvuti
Mill-1999 sakemm lestejt dan ir-rapport, fâMalta u Ghawdex saru 45 omicidji li ghaxra minnhom ghadom mhux solvuti. Parti minn din l-informazzjoni nghatat mill-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, Carmelo Mifsud Bonnici, meta irrisponda domanda tad-Deputat Nazzjonalista David Agius.
Se nibda bl-10 omicidji li sal-lum ghadhom mhux solvuti u l-fatti ta’ kif kienu nstabu l-vittmi
1999
⢠L-ewwel delitt tas-sena 1999 sehh nhar it-Tlieta, 19 taâ Jannar bil-vittma tkun Maria Vella taâ 82 sena. L-anzjana kienet tghix wahidha fânumru 35, Triq il-Kbira fiz-Zurrieq.
L-anzjana inqatlet brutalment minn kriminali li dahlu biex jisirquha. Hija nstabet mejta ghal habta tas-7.00 p.m. minn xi qraba taghha wara li kienu informati minn koppja girien li kienu jiehdu hsiebha meta nnuttaw li l-bieb taâ barra ma kienx maghluq kif ikun is-soltu. Jidher li l-qattiela kienu segwew lil Maria mill-Knijsa fejn marret tismaâ l-quddies tas-6.00 p.m. fil-Knisja Arcipretali taz-Zurrieq.
L-anzjana nstabet wiccha l-fuq fil-kcina bâtape maâ halqha u dehret li kienet sfat imsawta fejn sofriet griehi gravi fâwiccha. Mill-awtopsja kien irrizulta li l-kriminali kienu qatghu t-tape minn maâ halq Vella meta xâaktarx li ndunaw li ma kinitx qieghda tiehu n-nifs, izda dan kien tard tant li rrizulta li l-mara mietet fgata.
⢠Kevin Camilleri taâ 31 sena inqatel meta xi hadd kien pogga bomba mat-tieqa tal-kamra tas-sodda tieghu fâappartament fi Triq il-Fontanier fâHal Qormi.
Kien nhar is-6 taâ Gunju ghal habta tas-2.00 a.m. meta spluzjoni hezzet l-inhawi. Dakinhar intqal li ftit qabel Camilleri kien semaâ xi hsejjes fit-triq u meta mar jittawwal mit-tieqa splodiet il-bomba. Fost il-mottivi li l-Pulizija kienu qieghdin jadhmu fuqhom kien hemm dik li xi hadd ried li jaghlaq halq Camilleri u bâhekk qatlu.
⢠Nhar il-Gimgha, 12 taâ Novembru fâghalqa fâTaâ Qali instab maqtul Mario Bonnici taâ 45 sena mir-Rabat li nqatel bâzewg tiri taâ senter. Xâaktarx li l-mottiv kien dwar xi artijiet. Il-qtil sehh ghal habta tal-5.00 a.m. hekk kif Bonnici kien ghadu kif nizel mill-vann biex imur jonsob u xi hadd sparalu tir li laqtu fuq wara. Bonnici prova jahrab mill-aggressur u gera lejn id-dura tieghu izda l-qattiel lehqu u sparau tir iehor li laqtu fâghonqu u qatlu.
⢠Delitt makabru sehh xâaktarx fit-3 taâ Dicembru. Kien nhar it-Tnejn, 6 taâ Dicembru li l-Pulizija sabu l-kadavru taâ Joseph Formosa taâ 52 sena minn Tas-Sliema fâappartament fi Triq it-Tamar fil-Qawra. Formosa inqatel bi 18-il daqqa taâ sikkina.
Kien wara rapport tal-girien li xammew riha tinten gejja mill-appartament li l-Pulizija marru fuq il-post u meta dahlu sabu l-kadavru fuq is-sodda mghotti bi quilt.
Dan kien l-ghaxar delitt tal-1999.
2001
⢠Fil-15 taâ Marzu fil-4.46 a.m. spluzjoni qawwija qajmet diversi nies fi Triq Patri Wistin Born fâWied il-Ghajn kif ukoll fit-toroq tal-madwar.
Bomba li tpoggiet taht il-karozza taâ Stephen Said taâ 29 sena minn Bormla imma kien joqghod fâWied il-Ghajn, qatlitu hekk kif din hadet malli dahal fil-karozza. Il-bomba tpoggiet taht il-karozza fuq in-naha tas-sewwieq bâtali mod li kif ir-rota taâ quddiem ticcaqlaq ftit, kemm lura kif ukoll il-quddiem, isir kuntatt u tisplodi kif fil-fatt sehh.
Minkejja li l-bomba ghamlet hsara kbira, Said kien ghadu haj sakemm waslet l-ghajnuna medika. Izda miet ghal habta tas-7.30 a.m. fl-Isptar.
2002
⢠Fit-22 taâ Frar inqatlet Maria Attard, anzjana taâ 79 sena mix-Xaghra. Dan il-kaz kien qajjem kontroversja minhabba dizgwid bejn l-investigaturi u l-esperti forensici. Fil-fatt il-Pulizija baqghu jinsistu li l-anzjana kienet ikkommettiet suwicidju billi ntefghet fi spira li hemm fâghalqa wara r-residenza taghha. Izda l-esperti mahtura mill-Qorti mill-ewwel qalu li dan kien omicidju. Ghal tliet snin shah il-kadavru tal-anzjana baqaâ jinzamm fil-friza u kien fil-21 taâ Jannar 2005 li l-Magistrat Paul Coppini ikkonkluda l-inkjesta u ddikjara li Maria Attard inqatlet.
⢠Nenu Cuchieri taâ 43 sena minn Bormla u li kien maghruf bhala Carlos, instab mejjet nhar il-Gimgha, 10 taâ Mejju ghal habta tal-11.00 p.m. Il-kadavru instab fuq il-bankina u fl-awtopsja nstabu marki maâ ghonq il-vittma li kienu jindikaw li r-ragel kien fgat.
2003 kienet sena tajba ghall-Pulizija peress li ma kienx hemm delitti.
2005
⢠Fâdin is-sena sehhew erbaâ omicdji li wiehed ghadu mhux solvut. Fil-fatt l-ewwel delitt u li ghadu mhux solvut sehh fit-13 taâ April. Simon Grech taâ 20 sena mis-Siggiewi li kien ilu rrapportat nieqes mis-7 taâ April, instab maqtul fâghalqa fil-Marsa. Huwa kellu 19-il daqqa taâ strument li jaqtaâ.
2006 ukoll kienet sena ohra minghajr delitti.
2007
⢠L-istess bhas-sena 2005, sehhew erbaâ omicidji u wiehed ghadu mhux solvut. L-ewwel qtil kien dak Larissa Safranova taâ 25 sena taâ nazzjonalitĂ Russa residenti s-Swieqi. It-tfajla inqatlet qabel ma ntefghet fil-bahar.
2008
⢠Delitt professjonali u li xâaktarx li twettaq minn barranin. Raymond Agius taâ 50 sena minn Bahar ic-Caghaq inqatel fl-24 taâ April bi tliet tiri taâ pistola sparati mill-qrib. Il-vittma kien qieghed fil-Butterfly Snack Bar fâBirkirkara. Sâissa l-Pulizija ghadhom ma solvewx dan id-delitt.
———————–
Omicidji solvuti
1999
⢠It-Tlieta, 16 taâ Frar, Maria Buhagiar taâ 76 sena mill-Mosta inqatlet bâtir taâ pistola fâghonqha.
⢠Il-Kuntistabbli PC 525 Mark Farrugia taâ 22 sena inqatel minn kollega tieghu fl-20 taâ Marzu.
⢠Nhar l-Erbgha, 7 taâ Ottubru fiz-Zurrieq Christopher Camilleri taâ 24 sena inqatel minn zewg tiri taâ senter sparati mill-vicin.
⢠Therese Agius, tfajla taâ 20 sena minn Rahal Gdid instabet mejta fil-bahar marbuta nhar it-Tlieta, 12 taâ Ottubru.
⢠Omicidju doppju u suwicidju. Il-vittmi huma Jackie Catania taâ 54 sena u martu Emilia taâ 51 sena u binthom Jacquline taâ 16-il sena. Jackie Catania miet fid-19 taâ Dicembru 1999 fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar San Luqa.
⢠Fil-5 taâ Dicembru Ronnie Vella, li llum ghandu 37 sena, kien ammetta mal-Pulizija taâ Ghawdex li kien ha lil martu Janie li kellha 25 sena fuq l-irdumijiet maghrufa bhala Tal-Pinnur limiti tal-Munxar. Kif kienu hemm, Ronnie qal li resqu lejn xifer l-irdum u mbotta lil martu ghal isfel. Il-kadavru taâ Janie baqaâ ma nstabx.
2000
⢠Guza u Gigi Grima taâ 65 sena u 79 sena rispettivament inqatlu il-Hadd, 13 taâ Frar fl-appartament taghhom fâSanta Lucija.
⢠Is-Sibt, 13 taâ Mejju fi Triq Santa Marija fâHal Ghaxaq inqatlu Joe Dalli taâ 51 sena u martu Carmen taâ 48 sena.
⢠Alfie Ferriggi taâ 42 sena minn Hamrun inqatel bâtir taâ senter sparat mill-qrib nhar it-Tnejn, 18 taâ Settembru quddiem il-fergha tal-BoV fâSan Gwann.
⢠Fil-lejl tal-Milied Perfecto Robino Montalban, bahri Filippin taâ 44 sena, kien involut fi glieda fâbar fâBirzebbuga. Waqt din il-glieda il-Filippin qalaâ daqqa fuq rasu bâoggett iebes.
2001
⢠Delitt bâkonnessjoni mad-droga sehh fit-13 taâ Mejju meta nstab il-kadavru taâ Rachel Bowdler taâ 18-il sena abbandunat fâghalqa bejn l-Imgarr u Ghajn Tuffieha.
⢠Fil-lejl taâ bejn id-9 u l-10 taâ Awwissu fl-Gharb, Ghawdex inqatlet il-Gwardjana Lokali, Fortunata Spiteri taâ 47 sena mix-Xaghra bâdiversi daqqiet taâ strument bil-ponta fâsidirha.
⢠Jason Azzopardi taâ 30 sena minn Bormla, maghruf bhala âs-Sufuâ, inqatel nhar it-Tnejn, 22 taâ Ottubru fâBormla stess bâerbaâ tiri taâ pistola.
⢠Qtil fil-fergha tal-Bank of Valletta fâTaâ Farsina fâHal Qormi waqt hold-up sehh fit-12 taâ Novembru 2001. Il-vittma il-Pulizija PC949 Roger Debattista taâ 34 sena minn Birkirkara.
⢠Delitt doppju sehh fis-17 taâ Novembru fi Triq Santa Katerina fâBirzebbuga. Vanessa Grech taâ 21 sena mill-Qrendi u bintha Aley taâ sena u nofs instabu mejtin fil-bir wara li nghataw diversi daqqiet taâ mus.
2002
⢠Nhar it-Tlieta, 29 taâ Jannar Toni Axiaq taâ 55 sena mix-Xewkija inqatel bâzewg tiri taâ pistola fârasu.
⢠Brian Tabone taâ 23 sena inqatel fâPaceville fis-17 taâ Marzu waqt argument bejn zewg gruppi fi stabbiliment fejn il-vittma lanqas biss kien parti mill-ebda grupp.
⢠Joseph Drago taâ 62 sena minn Tas-Sliema inqatel nhar l-Erbgha, 26 taâ Gunju fix-Xatt Tas-Sliema ghal habta tal-5.10 a.m. meta l-vittma safa aggredit mill-Jugoslav tant li qatlu fuq il-post.
⢠Omicidju/suwicidju kien dak li sehh nhar il-Hadd, 7 taâ Lulju. Kien ghal habta tal-4.30 a.m. meta Julias Tanti taâ 44 sena mill-Imqabba qatel lill-martu Pauline taâ 38 sena u wara nehha hajtu bâidejh.
⢠Rachel Muscat taâ 20 sena minn Rahal Gdid inqatlet bi 22 daqqa taâ sikkina nhar it-Tnejn, 12 taâ Awwissu.
2004
⢠Wara li matul is-sena 2003 minghajr ebda delitti, is-sena 2004 rat l-ewwel omicidju fl-14 taâ Frar. Patricia Attard taâ 55 sena mill-Hamrun inqtlet bâtir taâ pistola fil-Mini Bus taghha fâTaâ Qali..
⢠It-tieni omicidju sehh fil-25 taâ Frar. Liza Cauchi taâ 57 sena mix-Xewkija, Ghawdex, instabet maqtula fir-residenza taghha.
⢠Fit-3 taâ Mejju Josette Scicluna taâ 32 sena minn San Gwann inqatlet bi 22 daqqa taâ sikkina fl-appartament taghha.
⢠Qtil iehor fâGhawdex. L-Avukat Michael Grech inqatel fil-garaxx tieghu fâMarsalforn bâdaqqa fuq rasu wara li ntlaqat bâtir taâ pistola fâsidhru.
⢠Fis-26 taâ Mejju wkoll sehh omicidu/suwicdju iehor. Joseph Attard taâ 60 sena minn Rahal Gdid qatel bâzewg tiri taâ senter lil Katia Farrugia taâ 21 sena wkoll minn Rahal Gdid u wara qatel lilu nnifsu bl-istess arma.
⢠Fil-31 taâ Awwissu Mohsen Ben Khediri Ben Ali, Tunezin taâ 35 sena inqatel bâdaqqa taâ hadida fuq rasu waqt argument maâ klandestin iehor fil-Barracks tas-suldati fâHal Safi.
⢠FâTaâ Qali fit-3 taâ Dicembru Victor Magri taâ 41 sena minn Hal Qormi, maghruf bhala âc-Cinkuâ inqatel bâtir taâpistola meta kien fil-karozza tieghu fejn mar biex jiltaqaâ mal-qattiel.
2005
⢠Fit-18 taâ Gunju Angela Bondin taâ 48 sena minn Rahal Gdid sofriet griehi gravi meta bomba li kienet fâbasket splodiet qrib taghha meta kienet fiz-Zejtun. Il-mara mietet fit-8 taâ Lulju.
⢠Delitt li sehh fl-Isptar San Luqa kien dak taâ Doris Schembri taâ 61 sena minn Santa Venera.
⢠L-ahhar delitt taâ din is-sena sehh fil-11 taâ Ottubru meta Brian Rosso taâ 48 sena minn Wied il-Ghajn kien irrapportat nieqes. Fit-23 taâ Ottubru Anthony Bugeja taâ 37 sena minn Marsaxlokk u Piero di Bartolo Sqalli taâ 31 sena residenti Birzebbuga, ammettew mal-Pulizija li kienu qatlu lil Rosso billi sparawlu u wara rmew il-kadavru tieghu fil-bahar.
2007
⢠Fit-30 taâ Lulju Ebdou Ismail Abod Sirjan taâ 29 sena inqatel bâdiversi daqqiet taâ mazza. Il-kadavru tieghu nstab minn zewg turisti Germanizi fil-vann tieghu taht l-irdumijiet taâ Selmun.
⢠Fit-3 taâ Novembru Benjamin Fenech taâ 80 sena mill-Mosta qatel lil siehbu Karmnu Sant taâ 69 sena bâtir taâ senter u wara bl-istess arma qatel lilu nnifsu. Id-delitt sehh fi Triq il-Luzzu fil-Qawra.
⢠L-ahhar delitt tas-sena l-2007 sehh fil-pubbliku fit-2 taâ Dicembru fâPembroke inqatel Louis Ellul taâ 34 sena minn Pembroke bi tliet tiri taâ senter.
2008
⢠Fis-26 taâ Frar Therese Sciberras taâ 50 sena min San Gwann inqatlet bâtir taâ pistola u daqqiet taâ sikkina.
⢠L-ahhar delitt sâissa ghal din is-sena sehh fâHal Qormi fis-16 taâ Settembru. Martin Scicluna taâ 43 sena miz-Zurrieq inqatel bâzewg tiri taâ senter.